
European Commission
Din l-emenda tinkludi investiment ta’ kważi EUR 650 miljun fil-Missjonijiet tal-UE li għandhom l-għan li jikkontribwixxu għas-soluzzjoni ta’ xi wħud mill-isfidi li qed tiffaċċja l-Ewropa, pereżempju, biex aktar minn 100 belt issir newtrali għall-klima, faċilità tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, kif ukoll azzjonijiet sperimentali li jiftħu opportunitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni tal-UE għal aktar parteċipanti ġodda, fost novitajiet oħra.